Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Arani hemm!

L-iskejjel imsieħba joħolqu wiki jew jużaw il-forum tat-TwinSpace. Kull paġna li tinħoloq hija suġġeriment dwar attività ta’ divertiment għas-Sibt filgħaxija, eż. Naraw film, nagħmlu xi sport, immorru ristorant, nagħmlu party, eċċ. L-istudenti jagħżlu l-kategorija favorita, jingħaqdu ma’ grupp ta’ studenti li jkunu għażlu dik l-istess paġna u jaqsmu l-fehmiet tagħhom ma’ xulxin.

 

 

Etajiet:                 5-18 snin

Livell:                  Faċli

Tul:                      3-6 sigħat

Għodod tal-ICT:   TwinSpace, wiki, kamera tar-ritratti diġitali, scanner

 

 

Pedagogical Objectives


Dan huwa mod tajjeb biex taqsam il-gruppi skond interessi komuni.

 

L-istudenti:

  •  Isiru jafu ‘l xulxin u jiżviluppaw il-ħiliet tal-kommunikazzjoni.
  • Jitgħallmu jaqsmu l-interessi u jiddiskutu l-passatempi u r-rutina tal-ġurnata tagħhom.
  • Jibdew jikkomunikaw b’mod interattiv.
  • Jieħdu sehem f’sitwazzjonijiet ġodda, anki jekk bi ftit xprunar.
  •  Itejbu l-ħiliet fl-ICT u fil-lingwi.

 

Process

 

L-Ewwel Pass

 

L-għalliema jaqblu fuq il-format tal-blog jew tal-wiki li jkunu ser jużaw u jgħallmu lill-istudenti jużaw din l-għodda. L-istudenti jħarsu lejn gazzetti u listi ta’ divertiment online u jagħmlu lista tal-favoriti tagħhom. L-istudenti mbagħad itellgħu s-suġġerimenti tagħhom għal attività tas-Sibt filgħaxija u jħarsu lejn is-suġġerimenti tal-oħrajn.

 

It-Tieni Pass

 

Bil-għajnuna tal-għalliema, l-istudenti jinqasmu fi gruppi skond l-interessi tagħhom u jippjanaw attivitaiet bejniethom permezz taċ-chat jew tal-blog.

 

It-Tielet Pass

 

L-istudenti msieħba flimkien jippubblikaw deskrizzjoni ta’ Sibt filgħaxija ideali skond dak li kienu ddiskutew. Jistgħu iżejnu l-paġni b’dettalji u ritratti skond is-suġġett.

 

Outcomes

 

Gruppi ta’ student bdew jikkomunikaw u jikkollaboraw flimkien u nħoloq spazju interattiv fuq l-internet fejn l-istudenti jistgħu itellgħu l-materjal (ritratti, vodjos, kitbiet) u jiddiskutuhom mal-imsieħba tagħhom. Din hija attività ta’ introduzzjoni interessanti għal dawk li għadhom jibdew l-eTwinning. 

 

Tips

 

L-iskejjel jistgħu jużaw din l-attività biex jagħżlu suġġett għall-proġett tal-eTwinning. Permezz tad-diskussjoni tal-passatempi tagħhom u tar-rutina tal-ġurnata, l-istudenti jidentifikaw l-interessi komuni u jaħdmu flimkien minn dan il-punt ta’ tluq.

 

Din l-attività tista’ tintuża wkoll bħala parti minn proġett akbar. It-topik jista’ jkun varjat billi jiżdiedu aktar biċċiet tax-xogħol, eż. Jekk is-suġġett ġenerali jitratta l-Logħob Olimpiku, l-istudenti jistgħu jinqasmu fi gruppi skond il-logħob favorit tagħhom. L-istudenti mbagħad jaħdmu fuq din il-bażi u jiġbru informazzjoni dwar dak li jkunu għażlu, l-aħjar sportivi fil-qasam, ir-rekords, eċċ. Fl-aħħar, ix-xogħol jiġi preżentat lill-gruppi l-oħra. Għall-iskejjel primarji aktarx ikun aħjar li l-għalliema flimkien mal-istudenti joħolqu l-wiki jew jużaw it-TwinSpace. L-għalliema għandhom ukoll jgħinu lill-istudenti biex jibdew konversazzjoni billi jħejju sensiela ta’ mistoqsijiet bħal: Għalfejn għażilt din il-kategorija? Spiss toħroġ mal-ħbieb?

 

Links:

 

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Ioanna Komninou
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom