Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Stejjer tradizzjonali matematiċi: liem hija l-favorita tiegħek?

Din l-attività qasira tippermetti lil studenti żgħar biex isiru jafu l-partners tagħhom qabel jibdew proġett ta’ l-eTwinning. Permezz ta’ stejjer tradizzjonali dwar il-matematika, l-istudenti jkunu introdotti għal materjal pedagoġiku li jkun ser jiġi trattat fil-proġett ta’ l-eTwinning b’mod pjaċevoli li jorbot ma’ diversi suġġetti, mhux biss mal-matematika. Bħala attività għall-bidu, jitgħallmu jikkomunikaw u jħossuhom komdi mal-ħbieb il-ġodda minn pajjiż ieħor.

 

 
Etajiet:                      5 - 9 snin
Livell:                        Faċli
Tul:                           ġimgħatejn
Għodod ta’ l-ICT:      TwinSpace, Audacity, għodod għall-ippublikar fuq l-internet , Camstudio (softwer open source għax-xandir tal-video)
 
 
 
Pedagogical Objectives
 
L-iżvilupp tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-kommunikazzjoni u t-trawwim ta’ l-iżvilupp matematiku tat-tfal billi nipprovdu ambjent li juża l-lingwi, li jħeġġeġ il-ħsieb u li jagħti valur lil dak li huwa uniku u li jħeġġeġ ukoll l-esplorazzjoni.
 
 
Process
 
 
Attività 1          Insiru viżibbli
 
Studenti fiż-żewġ gruppi jagħtu informzzjoni dwarhom infushom (eż. Jiktbu komponiment, ipinġu, jirrekordjaw vidjo) u jintroduċu l-istejjer tradizzjonali matematiċi favoriti tagħhom. L-istudenti imbagħad itellgħu xogħlhom fit-TwinSpace.
 
L-għalliema jgħinu jiggwidaw u jsegwu x-xogħol ta’ l-istudenti f’din il-biċċa xogħol tal-bidu. Imbagħad jorganizzaw forum u sessjonijiet ta’ chat fejn l-istudenti jkunu jistgħu jiddiskutu u jippreżentaw xogħlhom.
 
 
Activity 2         Naħdmu flimkien
 
L-Ewwel pass:   Nitgħallmu dwar stejjer tradizzjonali matematiċi
 
L-istudenti jsiru jafu ‘l xulxin u jagħżlu l-istejjer favoriti tagħhom imbagħad jivvotaw għalihom.
 
L-għalliema joħorġu l-aspetti matematiċi ta’ l-istejjer b’mod sempliċi (eż. Ġabra ta’ iġmla hija dwar il-‘valur tan-numri’). Għal studenti akbar, l-għalliema jistgħu jippruvaw jagħmlu diskussjonijiet aktar fil-fond dwar in-numri prime u l-korrispondenza bejn id-deċimali u l-frazzjonijiet (eż. F’Rossa Waħda, il-grupp jistgħu jiddiskutu l-kunċett tal-‘powers’).
 
It-Tieni Pass: Diskussjonijiet fuq il-forum u attivitajiet
 
L-istudenti jikkollaboraw fil-gruppi tagħhom biex joħolqu blog, vidjo, podcast, jew websajt. L-ewwel jiddikutu fuq il-forum imbagħad jaqsmu u juru r-riżultati ta’ xogħlhom dwar l-istorja magħżula. Gruppi ta’ 3 jew 4 studenti normalment huma ideali.
 
L-għalliema jħejju worksheets għal attivitajiet b’kunċetti matematiċi fuq l-istejjer magħżula, jsegwu d-diskussjoni u jipprovdu l-għodod u s-software li jkollhom bżonn l-istudenti.
 
 
Outcomes
 
L-istudenti jħarsu lejn dak li jkunu għamlu sħabhom, jiddiskutu r-riżultati u l-lezzjonijiet li jkunu tgħallmu u joħorġu b’ideat għall-proġett u għal xogħol ieħor li jkunu jistgħu jagħmlu.
 
L-għalliema jieħdu ħsieb l-attivitajiet speċjali u jinkoraġġixxu lill-istudenti jiddiskutu bejniethom u b’ideat tagħhom għall-proġett u għal xogħol ieħor li jkunu jistgħu jagħmlu.
 
 
Tips
 
Minkejja li din il-biċċa xogħol tiffoka fuq il-matematika, tista’ tintuża għall-suġġetti oħrajn u anki għal stejjer li mhumiex matematiċi.
 
Din l-attività tagħmel parti minn żewġ kits ta’ proġetti itwal:
 
  • Matematika Interattiva Diġitali li jitratta l-użu tal-whiteboard diġitali fil-lezzjonijiet tal-matematika.
  • Minn Luca Pacioli sa Evariste Galois li jitratta l-istorja ta’ l-Ewropa permezz ta’ ħajjet studjużi ta’ l-alġebra Ewropej.
 
Box Top
  • Editur tal-Web: Palmira Ronchi
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom