Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Il-Promozzjoni tal-Multilingwiżmu: Europe ensemble

picture

Europe ensemble hija websajt multilingwali mingħajr ħlas b’attivitajiet u riżorsi disponibbli fi tmien lingwi, maħsuba biex tinkoraġġixxi lill-istudenti jitgħallmu l-lingwi b’mod interattiv u stimulanti. Ir-riżorsi huma disponibbli f’midja differenti, test, awdjo, immaġnijiet, animazzjoni u vidjos.

 

 

Bosta għalliema huma interessati li jsibu modi innovattivi biex jgħallmu lingwa, b’mod partikolari meta jgħallmu lingwa li mhijiex il-lingwa materna tagħhom. Din, ovvjament, hija raġuni eċċellenti biex tingħaqad mal-eTwinning billi l-iskejjel imsieħba jkunu jistgħu jgħinu lil xulxin. Anke hawn, l-għalliema jfittxu proġetti eċċitanti x’jagħmlu li jgħinu lill-istudenti tagħhom jitgħallmu flimkien.
 
Hemm ħafna websajts li jistgħu jgħinu biex irawmu l-multilingwiżmu iżda jistgħu jinħlew ħafna sigħat fl-esplorazzjoni ta’ websajt biex imbagħad jinsab li mhix tajba għall-ħtiġijiet tal-għalliem/a. Il-websajt li ġejja ‘ħarsa ġenerali’ lejn Europe ensemble mhux biss tagħti xi informazzjoni dwar is-sit iżda wkoll tagħti r-raġunijiet u xi ideat possibbli għaliex u kif għalliem jista’ jsib is-sit utli fis-sħubija tal-eTwinning.
 
 
 
 
Introduzzjoni għall-websajt 
 
Europe ensemble hija websajt multilingwali mingħajr ħlas b’attivitajiet u riżorsi disponibbli fi 8 lingwi, ES, FR, IT, DE, PT, RO, EN, SE, maħsuba biex tinkoraġġixxi lill-istudenti jitgħallmu l-lingwi b’mod interattiv u stimulanti. Din toffri l-possibilitajiet għal-livelli kollha tal-istudenti mill-prinċipjanti (Livell 1 A1) sa livelli aktar avvanzati, (Livelli 2 u 3 A2, B1). L-ewwel livell joffri introduzzjoni ideali għall-istudenti involuti fi proġett li għadhom qed jibdew jitgħallmu l-lingwa tal-imsieħba tagħhom. Ir-riżorsi huma disponibbli f’midja differenti, test, awdjo, immaġnijiet, animazzjoni u vidjos.  Hemm sezzjoni ta’ għajnuna animata li hija komprensiva u disponibbli fil-lingwi kollha.
 
 
Fokus Pedagoġiku
 
F’Europe ensemble, il-punt fokali huwa fuq li tipprovdi ċertu approċċ lejn il-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni, li huwa adattat għall-interessi tal-istudenti żgħażagħ Ewropej. Tipprovdi wkoll il-bażi għall-kisba tal-lingwi. 
 
Ir-riżorsi huma strutturati fuq approċċ orjentat lejn l-azzjoni, fejn il-ħiliet miksuba tal-lingwi jwasslu għat-twettiq ta’ xogħol fil-lingwa li tkun qed tiġi studjata: l-istudent jeħtieġ jassoċja dak li jgħid u jagħmel. L-istudenti huma inkoraġġiti jiżviluppaw interess fil-ġirien tagħhom, il-lingwi, il-kultura u l-mod ta’ ħajja tagħhom. Ir-riżorsa tenfasizza x’jagħmilhom differenti u x'jgħaqqadhom. Permezz tal-approċċ divertenti u bbażat fuq l-azzjoni lejn l-iskoperta ta’ lingwa ġdida, l-istudent ikun inkoraġġit jesperimenta bid-diversità lingwistika.
 
 
Rekwiżiti tekniċi:
  • Plugins mingħajr ħlas meħtieġa fuq il-kompjuters, Shockwave, QuickTime, Flash, Adobe Reader
  • Konnessjoni tal-Internet b’veloċità qawwija (min 2 Mbs)
  • Sound card, headphones (jew spikers) mikrofonu
 
L-użu ta’ dawn fl-eTwinning
 
Għalkemm dan is-sit jista’ jintuża mill-għalliema u mill-klassi tagħhom barra minn sħubija, Europe ensemble tista’ tifforma l-bażi ta’ proġett kollaborattiv eċċellenti fl-ambitu tal-eTwinning. 
 
Pjan 1 – fil-format l-aktar sempliċi tagħha, l-għalliema fl-isħubija jistgħu jiddeċiedu:
  • Liema lingwa jagħżlu (pereżempju, tkun lingwa ‘ġdida’ għaż-żewġ imsieħba?).
  • Jaħdmu fuq attività waħda kuljum (jew kull ftit ġranet).
  • Iħallu lill-istudenti jippreparaw testijiet għal xulxin jew jipprattikaw il-frażijiet ma’ xulxin permezz ta’ Skype jew xi għodda oħra.
  • Jgħarrfu lill-istudenti dwar it-TwinSpace u r-Rokna tal-Istudenti, u juruhom l-għodod disponibbli.
  • Iħallu lill-istudenti (li jistgħu jaħdmu fi gruppi) jifformulaw huma stess l-għanijiet u l-miri tal-kisba tal-lingwa. 
 

Fl-aħħar tal-proġett, l-istudenti/gruppi għandhom juru li:

  1. Huma kapaċi jistgħu jisimgħu u jgħidu ħafna mill-vokabolarju u l-frażijiet li ntużaw fil-livell li qed jaħdmu fuqu.
  2. Fehmu u jistgħu jispjegaw is-sitwazzjonijiet ippreżentati fil-kartolini (L-ewwel livell jew l-attivitajiet (livelli 2 u 3).
  3. Jifhmu l-kuntest kulturali.
  4. Ikunu jafu xi wħud mis-siti kulturali tal-pajjiż li  qed jistudjaw il-lingwa tiegħu.
  5. Juru kif qasmu dan jew ħadmu flimkien mal-istudenti mill-iskola msieħba tagħhom. 
 
Pjan 2: Xi ideat ulterjuri ‘aktar strutturati’ li jistgħu jintużaw fi sħubija tal-eTwinning (iżda l-għalliema jistgħu ovvjament jiżviluppaw l-ideat tagħhom stess ukoll!):
 
  1. Fl-aħħar ta’ kull ġimgħa, l-għalliema jħallu lill-istudenti jimlew it-taħbiliet interattivi online relatati mal-livell. L-istudenti jistgħu jagħmlu dan bħala xogħol tad-dar u jqabblu kemm damu biex jagħmluhom, u jniżżlu l-ħinijiet fil-forum tat-TwinSpace.
  2. Meta jużaw il-vokabularju u l-frażijiet użati fil-Livell, l-istudenti jistgħu jipprattikaw dawn il-frażijiet, jirrekordjawhom bħal, pereżempju, podcast jew Voki, jippostjawhom fit-TwinSpace u jitolbu lill-istudenti msieħba tagħhom jisimgħu u jiktbu kumment biex jispjegaw x’qalu (dan jgħinhom jiżviluppaw il-pronunzja u l-komunikazzjoni tagħhom fil-lingwa). 
  3. L-istudenti jagħżlu ‘għeliem prominenti kulturali’ fl-erja tagħhom u jistaqsu lill-imsieħba tagħhom jitkixxfu aktar dwar dak l-għeliem prominenti.
  4. L-istudenti jistgħu jfittxu dwar avveniment storiku fir-reġjun jew fil-pajjiż tal-imsieħba tagħhom, u jagħmlu preżentazzjoni biex jaqsmu ma’ xulxin.
  5. Permezz ta’ għodod bħal Comic Life, l-istudenti jistgħu joħolqu preżentazzjoni viżiva jew tal-għeliem prominenti jew ta’ attivitajiet storiċi.
  6. Permezz tad-drama jista’ jsir l-irreċtar ta’ mumenti storiċi, bl-użu tal-lingwa adatta, li jista’ jinġibed fuq vidjo u jitqassam mal-iskejjel imsieħba.
 
Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 20.04.2011
  • Mibdul l-aħħar: 04.11.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Selected itemEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom