Pinġini!
|
Din l-attività tgħin lill-istudenti miż-żewġ skejjel biex isiru jafu ‘l xulxin. Permezz ta’ deskrizzjonijiet u ta’ tpenġijiet imtella’ fit-TwinSpace, studenti msieħba joħolqu tpenġijiet tal-partners fatati. B’hekk isiru jafu ‘l xulxin b’mod artistiku u pjaċevoli billi jużaw id-dettalji fid-deskrizzjonijiet u mbagħad iqabbluhom mar-realtà!
|
Etajiet: 13 –il sena u aktar
Livell: Faċli
Tul: 3 sigħat
Għodod tal-ICT: TwinSpace forum, softwer għat-tpenġija, softwer għar-ritratti (jekk trid), scanner (jekk it-tpenġijiet isiru bl-idejn)
Pedagogical Objectives
Wara li jlestu din l-attività, l-istudenti jkunu kapaċi:
- jużaw għodod tal-ICT u l-forum tat-TwinSpace,
- jinterpretaw kliem u jitrasformawhom fi
tpenġija,
- jiddisinjaw u jpenġu ritratti,
- jesprimu l-immaġinazzjoni u s-sensazzjonijiet
tagħhom permezz tal-arti,
- jiżviluppaw il-kreattività tagħhom.
Process
Kull student jipprepara deskrizzjoni dettaljata tiegħu inniffsu fil-forum tat-TwinSpace u jitlob lil student mill-iskola l-oħra biex jagħmel tpenġija tiegħu skond id-deskrizzjoni. L-istudenti jistgħu jħejju din it-tpenġija fuq il-kompjuter jew inkella jpinġuha bl-idejn. Jistgħu anki jagħmlu collage (eż. jieħdu għajnejn xi attur famuż, il-ġisem ta’ atleta, eċċ). L-istampi mbagħad jittelgħu u jintwerew lil persuni mpenġija li jiżvelaw it-tpenġija jew ritratt tagħhom veru fuq l-album fit-TwinSpace.
Eżempju
Deskrizzjoni ta’ studenta Skola A Tpenġija tal-istudenta skond id-deskrizzjoni, Skola B
Jisimni
Alexandra u għandi 15 -il sena. M’inix twila ħafna. Għajnejja u xagħri
kanella u l-ġilda tiegħi bajda ħafna. M’għandix passatempi partikolari.
Fil-ħin liberu nisma’ l-mużika, nara t-televixin u mmur xi passiġġata jew
saċ-ċinema mal-ħbieb. Il-kulur favorit tiegħi huwa l-ikħal u normalment jiena
persuna kalma u nħobb il-paċi!
Permezz
tad-deskrizzjoni t’ħawn fuq, studenta oħra kienet kapaċi tagħmel din
it-tpenġija.
|

|
Outcomes
L-Istudenti żviluppaw relazzjoni kollaborattiva faċli u pjaċevoli mal-partners tagħhom f’pajjiż ieħor u rawwmu relazzjoni ta’ ħidma komda li jistgħu ikomplu jużaw f’attivitajiet u xogħlijiet marbuta mal-proġetti tal-eTwinning.
Tips
L-aspett tal-privatezza tar-ritratti: meta tpoġġu ritratti fit-TwinSpace kunu żguri li tirrispettaw il-privatezza ta’ kull student/a. Tinkludux membri tal-familja jew dettalji personali bħal indirizzi u numri tat-telefon. Kunu żguri wkoll li jkollkom il-kunsens tal-ġenituri għar-ritratti kollha li jkunu mpoġġija fi TwinSpace pubbliku.
Referenzi
L-istampa ppubblikata fit-taqsima “Proċess” ġiet imniżżla minn www.bbc.co.uk/nottingham/content/images/2005/. Hemm tistgħu ssibu link dedikata għal avveniment f’Nottingham dwar awto-ritratti tal-istudenti.
 |
- Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|