Tikek u kaxxi
| Biex isiru jafu ‘l xulxin u jintroduċu is-suġġett tal-proġett b’mod faċli u pjaċevoli, l-istudenti jilagħbu flimkien online biex isolvu problemi matematiċi u reali li jitrattaw disinji numeriċi u relazzjonijiet funzjonali. |
Etajiet: 13-15 jew 16-18 –il sena Livell: Medju Tul: 3-6 sigħat Għodod ta’ l-ICT: TwinSpace, Audacity, Camstudio, Geogebra Pedagogical Objectives L-iżvilupp tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-kommunikazzjoni u t-trawwim ta’ l-iżvilupp matematiku tat-tfal billi nipprovdu ambjent li juża l-lingwi, li jħeġġeġ il-ħsieb u li jħeġġeġ ukoll l-esplorazzjoni. To develop ICT and communication skills, develop pupils’ inductive and deductive thinking by providing environments rich in language, encourage thinking and support exploration. Process L-istudenti jilagħbu Tikek u Kaxxi, logħba bil-lapes u karta li tintlagħab bejn tnejn. Dawk li jkunu qed jilagħbu jibdew bi gradilja ta’ tikek (7x7 tikek hija l-aktar komuni). Imbagħad imisshom wara xulxin biex ipinġu linja orizzontali jew vertikali li tgħaqqad żewġ tikek. Kull darbi li xi ħadd minnhom jgħaqqad kaxxa, jpoġġi ismu fiha u jimliha bil-kulur. Jirbaħ dak li jkollu l-aktar kaxxi. L-għalliema jipprovdu għodod bħall-Geogebra lill-istudenti biex ikunu jistgħu użaw ir-riżorsi ta’ l-internet b’mod kollaborattiv. Permezz ta’ l-għba tradizzjonali tat-tfall, studjużi tal-matematika għarfu l-potenzjal ta’ din il-logħba u kisbu riżultati matematiċi interessanti. Outcomes L-istudenti jqabblu r-riżultati tal-logħob tagħhom u jiddiskutu l-aħjar strateġiji biex jirbħu. Imbagħad jiddiskutu ideat għal ideat għall-proġetti futuri. L-għalliema jassistu lill-istudenti fid-dikussjoni online (forums, chats, konferenzi bil-vidjo) u jtellgħu il-karti bil-logħbiet li jkunu lestew. Imbagħad iħeġġu lill-istudenti jiddiskutu mal-partners tagħhom u jgħinuhom joħorġu bl-ideat tagħhom. Tips Biex tilgħab Tikek u Kaxxi ma’ nies oħra fuq l-internet, żur: - Richard's PBeM server, li għandu verżjoni li tista’ tintlagħab bl-email; jew - Yahoo Games. Sempliċiment toħloq account, tmur Yahoo Dots u tibda tilgħab. L-attività proposta hawn fuq hija parti minn żewġ kits itwal: - Matematika Interattiva Diġitali li jitratta l-użu tal-whiteboard diġitali fil-lezzjonijiet tal-matematika. - Minn Luca Pacioli sa Evariste Galois li jitratta l-istorja ta’ l-Ewropa permezz ta’ ħajjet studjużi ta’ l-alġebra Ewropej.
 |
- Editur tal-Web: Palmira Ronchi
- Ippubblikat: 25.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|