Noħolqu l-belt ideali
| L-istudenti jużaw tpenġijiet, deskrizzjonijiet u/jew pjanti dettaljati biex flimkien jiġġeneraw ideat ta’ belt ideali biex jgħixu fiha. Din l-attività tgħin lill-istudenti miż-żewġ skejjel biex jifhmu l-belt li fiha jgħixu l-imsieħba tagħhom, jaħsbu b’mod kreattiv dwar l-istil u l-kwalità tal-ħajja li jkunu jixtiequ għalihom infushom fi proċess kreattiv u interattiv filwaqt li jesprimu rwieħhom permezz tal-arti u d-disinn. |
Etajiet: 5-18 snin
Livell: Faċli
Tul: 3 sigħat
Għodod tal-ICT: TwinSpace, scanner
Pedagogical Objectives
Mat-tlestija ta’ dan il-proġett, l-istudenti ser ikunu jistgħu:
- jagħrfu d-differenzi bejn il-bliet u l-pajjiżi
tagħhom,
- jesprimu lilhom infushom permezz tat-tpenġija,
- jagħrfu l-iżvantaġġi tal-belt tagħhom (jekk
hemm),
- jipproponu soluzzjonijiet għal-belt tagħhom
skond dak li jkunu ddisinjaw l-imsieħba tagħhom,
- jiżviluppaw il-kreattività tagħhom.
Process
Jekk nassumu li hemm 24 student f’tim (12 minn kull skola) naqsmu folja tal-karti (A4 jew akbar) f’24 kaxxa. Il-karta imbagħad tingħadda lill-istudenti kollha permezz ta’ scanner u l-email. Kull student irid iniżżel kwalità li l-belt ideali għandu jkollha. Jekk in-numru ta’ studenti jkun akbar u tħoss li l-proċess isir diffiċli, l-għalliema jistgħu jaħdmu b’numru akbar ta’ gruppi b’anqas studenti u b’mod parallel jipproduċu tpenġijiet differenti. L-istudenti għandhom iħarsu lejn il-kwalitajiet tal-ibliet tagħhom, eż. student mill-Isvezja jista’ jagħżel li jpoġġi spazji ħodor filwaqt li student mill-Greċja jagħżel li jpoġġi x-xemx.
Outcomes
B’mod kollaborattiv, l-istudenti joħolqu stampa ta’ belt. Jitgħallmu dwar ix-xebħ u d-differenzi li jeżistu bejn l-imsieħba u dan ikun bażi għal diskussjoni aktar wiesgħa u għal attivitajiet fi proġetti simili. Bħala attività biex tkompli ma’ din, l-istudenti jistgħu jiddeskrivu bi kliem u bi pjanti strutturali kif għandha tkun il-belt ideali tagħhom.
Tips
Referenzi
It-tpenġija murija f’dan il-module tinsab fuq http://www.nevillefineart.co.uk/. Immniżżla minn Neville contemporary Art. Misjuba 22 ta’ Lulju 2008.
 |
- Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|