Storja interessanti
| L-iskejjel imsieħba joħolqu storja animata li fiha l-karattri ewlenin ikunu annimali li jkunu qed jiffaċċjaw theddida jew problema. Kull student jagħżel annimal u jikteb ir-rwol ta’ dak l-annimal f’din l-istorja.
|
Etajiet: 5-12 snin
Livell: Avvanzat
Tul: 1-3 ġimgħat
Għodod tal-ICT: TwinSpace, Kerpoof, Tux paint, scanner
Pedagogical Objectives
Permezz ta’ din l-attività, l-istudenti:
- Jtejbu l-kitba kreattiva, l-ħiliet tal-ICT u jiżviluppaw
l-immaġinazzjoni tagħhom.
- Isiru aktar kunfidenti magħhom infushom billi jikxfu dak li jħossu
meta jkunu qed jieħdu r-rwol tal-annimal.
- Jiżviluppaw il-ħiliet tal-arti u tal-kraft.
Process
L-istudenti jaħdmu tnejn tnejn u jiddeċiedu dwar kif se tibda l-istorja u dwar min ser jieħu sehem fiha. Permezz ta’ Kerproof jew Tux Paint, ipinġu l-ambjent u l-karattri tal-istorja u jagħtu d-dettalji dwar il-bidu tal-istorja pass b’pass. Wara jippubblikaw l-ewwel parti tal-istorja u jistennew li l-imsieħba tagħhom ikompluha. Jekk iridu l-istudenti jistgħu jagħmlu tpenġijiet fuq karta u jiskennjawhom.
L-istudenti fl-iskola msieħba jkomplu l-istorja billi jsegwu l-istess proċess ta’ pass nru 1. Jekk ikunu jridu, jistgħu jintroduċu karattri ġodda.
L-ewwel u t-tieni pass ikunu irripetuti kemm -il darba skond kemm ikun hemm skejjel u l-impatt li dan l-eżerċizzju jkollu fuq l-iskejjel sakemm l-istorja timtemm, jistgħu ukoll jinħolqu stejjer ġodda.
Outcomes
L-istudenti ħolqu storja flimkien li fiha rwol importanti maħluq minn kull wieħed u waħda mill-istudenti.
Tips
L-istorja m’għandha l-ebda xejra predefinita. Il-proċedura hija maħsuba mill-istudenti li kitbu kull parti mill-istorja bħala tkomplija ta’ dak li jkunu kitbu sħabhom qabilhom. L-aspett importanti huwa l-interazzjoni. L-iskejjel jistgħu jużaw din l-attività bħala x-xogħol finali fi proġett, eż. L-iżvilupp ta’ proġett ambjentali fejn l-istudenti jesprimu l-ideat tagħhom u dak li tgħallmu mill-istorja. Din l-attività hija tajba ħafna għal studenti żgħar jew studenti b’diffikultajiet biex jitgħallmu u li ma jafux kif jesprimu rwieħhom sewwa bil-kitba.
Links:
 |
- Editur tal-Web: Ioanna Komninou
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|