Kanzunetta interessanti!
| L-iskejjel imsieħba jtellgħu il-mużika tal-kanzunetti tradizzjonali mill-pajjiż jew ir-reġjun tagħhom ġo spazju fuq l-internet komuni. Studenti mill-iskola msieħba jiktbu l-kliem tal-mużika. |
Etajiet: 5-18 snin
Livell: Intermedju
Tul: 3 ijiem – ġimgħa
Għodod tal-ICT: Audacity, podcast generator
Pedagogical Objectives
L-istudenti jtejbu l-ħiliet tal-ICT fil-qasam tal-produzzjoni tal-medja. Jiltaqgħu ma’ tradizzjonijiet kulturali u jtejbu l-ħiliet fil-lingwa u fil-kommunikazzjoni.
Process
Laqqgħa l-istudenti biex jiġbru l-ideat dwar il-kanzunetti tradizzjonali minn pajjiżhom. Ara li jagħżlu waħda u jsibu rekording tal-mużika mingħajr il-kliem. Jekk ikun hemm xi mużiċisti fost l-istudenti, ikunu jistgħu idoqquha. Irrekordja l-mużika b’mod diġitali permezz tal-Audacity jew softwer ieħor għall-irrekordjar tal-awdjo.
Il-klassijiet imsieħba mbagħad jiktbu l-kliem għall-mużika. Dan jista’ jsir fi gruppi ta’ tnejn jew tlieta, fl-aħħar ikun hemm diversi verżjonijiet tal-kanzunetta. Il-kanzunetti aħħarin ikunu jistgħu jiġu rrekordjati u mtellgħin bħala fajls tal-awdjo jew podcast. L-istudenti mbagħad ikunu jistgħu jikkummentaw fuq il-kanzunetti ta’ xulxin ġo forum jew blog.
Outcomes
L-istudenti joħolqu podcasts tal-kanzunetti tradizzjonali bil-kliem ġdid u b’dak oriġinali. Permezz ta’ blog jew forum, l-istudenti jidħadtu flimkien b’mod liberu billi jikkummentaw u jiddiskutu l-kompożizzjonijiet mużikali tagħhom.
Tips
Links:
 |
- Editur tal-Web: Ioanna Komninou
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|