Etajiet: 5-12 snin
Livell: Intermedju
Tul: ġimgħa
Għodod tal-ICT: TwinSpace, Kerpoof, Tux Paint, scanner
Pedagogical Objectives
F’din l-attività qasira, l-istudenti jtejbu l-ħiliet tal-ICT l-kreattività u l-immaġinazzjoni tagħhom billi jaqsmu ideat dwar tipi ta’ skejjel differenti fil-futur.
Process
L-għalliema jibdew b’sessjoni ta’ ġenerazzjoni t’ideat dwar l-iskola immaġinarja tal-futur flimkien mal-istudenti. L-istudenti jkunu maqsuma fi gruppi żgħar biex iħejju l-attivitajiet u r-rwoli li ser ikunu qed jieħdu. Permezz ta’ softwer għat-tġenġija bħal m’huma Kerpoof jew Tux Paint, kull student ipinġi parti mill-iskola tal-futur skond kif jaħseb li ser tkun. Idea oħra hija li l-istudenti joħolqu t-tpenġijiet fuq il-karta imbagħad jiskennjawhom.
L-istampi tal-iskejjel tal-futur jittellgħu f’album fit-TwinSpace jew x’imkien ieħor imbagħad jistiednu lil imsieħba tagħhom biex jikkummentaw dwar it-tpenġijiet u l-ideat ta’ xulxin.
Outcomes
L-istudenti joħolqu tpenġija jew sensiela ta’ tepnġijiet li tesprimi l-ideat u l-immaġinazzjoni tagħhom għal skola tal-futur.
Tips
Kunu ċerti li toħolqu ambjent interattiv li jkun tajjeb biex l-istudenti jkunu jistgħu jikkomunikaw tajjeb u b’mod faċli flimkien. L-iskejjel jistgħu jużaw din l-attività bħala riżultat finali ta’ proġett, eż., jekk is-suġġett ikun “ħajjitna llum u fil-futur”, l-istudenti jistgħu jesprimu l-ħsibijiet personali tagħhom permezz ta’ tpenġija komuni. Din l-attività hija tajba ħafna għal studenti żgħar jew studenti b’diffikultajiet biex jitgħallmu u li ma jafux kif jesprimu rwieħhom sewwa bil-kitba.
Links: