Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Kunċert Komuni

L-iskejjel imsieħba joħolqu mind map ta’ kunċert komuni. Kull student iniżżel il-kanzunetta favorita tiegħu/tagħha fil-kategorija partikolari permezz ta’ link bl-awdjo jew bil-vidjo. Fl-aħħar l-istudenti jkunu jistgħu jisimgħu u jieħdu gost bir-riżultat finali.

 

 

Etajiet:                 5-18 snin

Livell:                  Faċli

Tul:                     1-3 ġranet

Għodod tal-ICT:   TwinSpace, Mindomo, YouTube

 

 

Pedagogical Objectives

 

Studenti:

  • Itejbu l-ħiliet tal-ICT filwaqt li jitgħallmu aktar dwar l-imsieħba tagħhom.
  • Isiru aktar familjari ma’ tipi ta’ mużika differenti.
  • Jitgħallmu jkunu parti minn tim.
  • Itejbu l-ħiliet tal-medja.
  • Jagħtu sehem għar-riżultat finali u jevalwawh.
  • Jaħdmu b’mod interattiv u jitgħallmu jagħmlu noti permezz ta’ użu ta’ kliem importanti u stampi biex ikunu jistgħu jżommu kont tat-tagħrif.


Process


L-Ewwel Pass

 

Kull student (jew kull grupp ta’ studenti) jintalab jagħżel kanzunetti li jkun jixtieq jinkludi f’kunċert. Biex inrawwmu kollaborazzjoni akbar, l-għalliema jistgħu jużaw sessjoni ta’ chat mal-iskejjel imsieħba biex jagħżlu bejn 20 u 30 kanzunetta u mbagħad jistgħu jużaw sistema ta’ votazzjoni biex jagħżlu l-aħjar 10. L-istudenti imbagħad jingħataw ix-xogħol li jfittxu link tal-awdjo jew tal-vidjo għall-kanzunetta.

 

It-Tieni Pass

 

Fil-programm Mindomo, oħloq mind map komuni fejn kull student jispjega għalfejn għażel il-kanzunetta partikolari. Meta l-mind map tkun lesta, l-istudenti jistgħu jieħdu pjaċir b’kunċert tal-mużika li jkunu għażlu. Jistgħu ukoll jippersonalizzaw il-mappa bis-simboli tagħhom, ritratti u disinji u anki jkunu jistgħu ipoġġu l-kunċert tagħhom fuq il-YouTube.


Outcomes

 

Il-kunċert ikun il-prodott finali tax-xogħol kollaborattiv tal-istudenti. L-istudenti jaqsmu r-reazzjonijiet, il-ħsibijiet, is-sentimenti u s-suġġerimenti tagħhom fi blog u fuq kollox jieħdu gost jisimgħu il-kunċert flimkien.

 

Tips

 

Ħeġġeġ lill-istudenti jesploraw it-tħaddim tal-mind maps u kif dawn ikunu jistgħu jintużaw għal xogħol ieħor. L-iskejjel jistgħu ukoll jużaw din l-attività bħala parti minn proġett ieħor, eż. Jekk ikunu qed jaħdmu fuq proġett dwar il-kultura, l-grupp ikun jista’ jorganizza kunċert bl-użu ta’ kanzunetti tradizzjonali, mużika tal-vakanzi eċċ. 

 

Links:

Box Top
  • Editur tal-Web: Ioanna Komninou
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 29.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom