Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Kif tinvolvi lill-istudenti fl-eTwinning

picture

It-tmexxija ta’ proġett tal-eTwinning tista’ tkun esperjenza sodisfaċenti ħafna kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti. Stabbilejna xi suġġerimenti dwar kif tiżgura li l-istudenti tiegħek jiggwadanjaw l-aktar mill-involviment tagħhom fl-eTwinning, l-idea hija li tinvolvihom fid-deċiżjonijiet u l-attivitajiet kollha tal-proġett mill-bidu nett.

Is-suġġerimenti li ġejjin inġabru bl-għajnuna tas-Servizz t’Appoġġ Nazzjonali’ Task Force għall-involviment tal-istudenti fl-eTwinningBiex issir taf aktar b’mod speċifiku kif iġġiegħel lill-istudenti tiegħek jużaw it-TwinSpace, agħti ħarsa lejn  il-pariri dwar l-użu tar-Rokna tal-Istudenti ta' Val Brooks.

 
 
Qabel il-proġett
  • Iddeskrivi l-elementi bażiċi ta’ proġett tal-eTwinning billi turi eżempju.
  • Spjega l-idea ġenerali tal-proġett u staqsi jekk għandhomx ideat li jixtiequ jżidu jew jiżviluppaw aktar.
  • Spjega li l-parteċipanti kollha (għalliema u studenti) ikollhom rwol x’jaqdu.
  • Aqbel mal-istudenti dwar għadd ta’ suġġetti interessanti biex jiġu diskussi u żviluppati matul il-proġett.
  • Ipprova qabbel l-interessi tal-istudenti (għodod, lingwi, suġġetti eċċ.) fil-pjan tal-proġett.
 
 
L-ippjanar tal-proġett
  • Involvi lill-istudenti fl-attivitajiet ta’ ppjanar mal-imsieħba.
  • Staqsi lill-istudenti dwar l-għarfien tagħhom dwar pajjiżi oħra u x’jixtiequ jkunu jafu.
  • Ġegħilhom jaħsbu dwar kif jistgħu jintroduċu l-iskola, l-erja u l-pajjiż tagħhom u ħeġġiġhom jirriċerkaw u jippreparaw.
  • Xerred il-kelma dwar il-proġett fl-iskola tagħkom permezz ta’ bords tal-messaġġi, il-websajt tal-iskola, eċċ, biex kulħadd ikun jaf dwaru.
  • Iddiskuti l-għodod li għandhom jintużaw waqt il-proġett. Sir af liema huma familjari magħhom u aqblu fuq sett komuni.
  • Introduċi t-TwinSpace u l-għodod tiegħu – b’mod partikolari r-Rokna tal-Istudenti.
  • Ipprattikaw il-lingwa li se tintuża fil-proġett biex tiżviluppa l-kunfidenza.
  • Informa lill-ġenituri dwar il-proġett u ara kif tista’ tinvolvihom.
  • Oħloq skeda tal-ippjanar u tal-proġett fil-kamra tal-istaff tat-TwinSpace.
  • Oħloq qasam onlajn (pereżempju, blogg jew forum) jew tkellem fil-klassi biex tara x’inhuma l-aspettattivi tal-istudenti għall-proġett.
  • Involvi kollegi oħra fid-disseminazzjoni u l-iżvilupp tal-proġett.
 
 
Waqt il-proġett
  • Oħloq Rokna tal-Istudenti fil-klassi jew f’qasam ieħor tal-iskola bħala spazju għal esibizzjoni ddedikata għall-proġett. Uri ikoni, stampi, kuluri u slogans, eċċ.
  • Qiegħed lil studenti min skejjel imsieħba f’pari jew fi gruppi mħallta biex tiżgura li kull student għandu mill-anqas imsieħeb wieħed.
  • Għamel li l-istudenti jiltaqgħu permezz ta’ konferenza biċ-ċett jew bil-vidjo, b’ritratti, jew uża immaġnijiet ta’ persuni famużi (atturi, sportivi nisa u rġiel eċċ.) li jidentifikaw magħhom.
  • Stieden studenti biex isiru ‘diretturi’ tar-Rokna tal-Istudenti tat-TwinSpace tagħhom.
  • Staqsi lill-istudenti biex jieħdu ħsieb u jwettqu kompiti bħat-tlugħ ta’ fajls fuq it-TwinSpace, jirrekordjaw vidjos, jiskennjaw dokumenti, jieħdu ritratti, eċċ.
  • Skambja messaġġi permezz tat-TwinSpace. Agħmel mill-aħjar biex twieġeb il-messaġġi kollha f’perjodi ta’ żmien raġonevoli.
  • Ippermetti lill-istudenti jipproponu suġġetti għad-diskussjoni waqt il-proġett.
  • Inkoraġġihom jikkummentaw dwar il-posts tal-imsieħba tagħhom (pereżempju, bloggs u forums) fil-ħin liberu tagħhom.
  • Oħloq kalendarju komuni ta’ avvenimenti biex l-istudenti jkunu jistgħu jirreferu għalih (pereżempju,  festi nazzjonali, avvenimenti sportivi, eċċ.)
  • Ipproponi attivitajiet differenti skont l-interessi u l-abbilitajiet tal-istudenti biex tinkoraġġixxi involviment kontinwu fil-proġett.
  • Involvi lill-ġenituri billi tagħtihom aċċess għat-TwinSpace (bħala viżitaturi) biex ikunu jistgħu jaraw u jikkontribwixxu lejn dak li qed jaħdmu fuqu t-tfal tagħhom.
  • Involvi lill-istudenti kollha, irrispettivament mil-livell tal-kurrikulu, fl-attivitajiet. Addatta għal-bżonnijiet partikolari tal-istudenti jekk ikun meħtieġ.
  • Integra l-proġett fil-kurrikulu billi tagħmel ix-xogħol waqt il-ħin tat-tagħlim biex ikun kontribut naturali mill-istudenti (u mhux meqjus bħala xogħol żejjed).
  • Iffissa perjodi speċifiċi ta’ ħin iddedikati għall-proġett (TwinSpace, għodod, viżwalizzazzjoni, eċċ.) fil-ġimgħa skolastika.
  • Stabbilixxi kriterji ta’ evalwazzjoni biex l-istudenti jimlewhom aktar tard.
  • Enfasizza l-komunikazzjoni bejn l-istudenti aktar milli tiffoka fuq il-grammatika.
  • Ipprova ppubblika u xerred materjal u r-riżultati tal-proġett f’nofs il-proġett.
  • Aqsam materjal innovattiv mal-imsieħba biex ikunu jistgħu jaħdmu bih fil-klassijiet tagħhom stess, jiġifieri, ipprova ersaq ’il bogħod mill-approċċ tal-kotba tal-iskola biss.
 
 
Wara l-proġett
  • Iddiskuti l-aspetti pożittivi u negattivi tal-proġett mal-istudenti tiegħek. Iddiskuti l-aspettattivi ta’ qabel tagħhom u kif attwalment seħħew.
  • Inkludi kontributi mill-evalwazzjonijiet tal-istudenti.
  • Involvi lill-istudenti fit-tixrid tar-riżultati tal-proġett madwar il-komunità edukattiva u lil hinn.
  • Agħmel l-aħjar li tista’ minn xi attivitajiet tal-proġett biex twettaq attivitajiet ulterjuri mal-istudenti.
  • Inkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f’korsijiet ta’ taħriġ, seminars, eċċ., li fihom jispjegaw l-esperjenzi tagħhom.
  • Applika għal Label ta’ Kwalità għall-proġett u, jekk dan ikun suċċess, iċċelebrah mal-istudenti tiegħek.
  • Żgura li l-komunikazzjoni bejn l-istudenti u l-imsieħba jibqa’ divertenti għalihom. Uża attivitajiet/ideat fit-tul (pereżempju, għeluq is-snin, attivitajiet sportivi fl-Ewropa, il-bgħit ta’ vidjos u ritratti).
  • Inkoraġġixxi lill-istudenti jużaw u jxerrdu r-riżultati tal-proġett.
  • Organizza “open days” mal-ġenituri tal-istudenti u ġiegħel lill-istudenti jippreżentaw il-proġett.
  • Evalwa l-kontribut tal-proġett lejn l-esperjenza ta’ tagħlim tal-istudenti u rrifletti dwar kif tista’ ttejjeb din l-esperjenza fil-futur.
 
Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 08.12.2010
  • Mibdul l-aħħar: 26.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Inspiration

Bullet listKits
Bullet listIl-Modules
Bullet listGallerija
Bullet listSubjects
Selected itemInvolvi lill-istudenti
Bullet listĦbieb tal-eTwinning
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom