Ħbieb tal-eTwinning
L-eTwinning jaħdem f’kollaborazzjoni mil-qrib ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet u inizjattivi internazzjonali – magħrufa bħala “Ħbieb tal-eTwinning” – biex jipprovdu lill-iskejjel tal-eTwinning b’firxa wiesgħa ta’ riżorsi u appoġġ fl-attivitajiet kollaborattivi tagħhom.
|
Il-Ħbieb tal-eTwinning jistgħu jappoġġjaw lilek u lill-istudenti tiegħek b’għadd ta’ għodod, opportunitajiet, materjal u għajnuna bbażata fuq l-għarfien speċjalizzat individwali. Il-Ħbieb tal-eTwinning ivarjaw minn programmi oħra tal-Unjoni Ewropea sa NGOs internazzjonali li jaħdmu f’diversi oqsma. Ara l-lista sħiħa tal-Ħbieb tal-eTwinning hawn taħt u kif huma lesti jgħinuk matul l-esperjenza tal-eTwinning tiegħek.
Sejħa għal Ħbieb: Jekk inti organizzazzjoni interessata taħdem mal-eTwinning bħala Ħabib tal-eTwinning, ikkuntattjana fuq: friends@etwinning.net.
| Logo |
Ħbieb tal-eTwinning |
 |
Eko-Skejjel huwa programm ta’ mertu internazzjonali li jaħdem għas-sostenibilità. Eko-Skejjel jaħdem mal-eTwinning biex jappoġġja l-iskejjel li jixtiequ japplikaw il-metodoloġija tal-Eko-Skejjel fix-xogħol tal-proġetti tal-eTwinning tagħhom.
|
 |
U4energy hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, iffinanzjata permezz tal-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa, li għandha l-għan li tagħmel lill-Ewropa aktar kompetittiva u innovattiva filwaqt li tgħinha tasal għall-għanijiet ambizzjużi għat-tibdil fil-klima. U4energy żviluppat Kitt tal-eTwinning speċjali għall-iskejjel.
|
 |
Scientix hija l-komunità għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa. Din inħolqot biex tiffaċilita t-tixrid u l-qsim regolari tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki fl-edukazzjoni tax-xjenza madwar l-Unjoni Ewropea. Scientix hija miftuħa għall-għalliema, għar-riċerkaturi, għal min ifassal il-politika, għall-ġenituri u għal kull min hu interessat fl-edukazzjoni tax-xjenza. Ir-riżorsi tagħha huma ideali għal proġetti tax-xjenza fl-eTwinning.
|
 |
Insafe Insafe hija netwerk Ewropea ta’ Ċentri ta’ Għarfien, li tagħti l-poter liċ-ċittadini biex jużaw l-Internet, kif ukoll teknoloġiji online oħra b’mod pożittiv, sigur u effettiv. Insafe titlob għal responsabbiltà maqsuma għall-ħarsien tad-drittijiet u tal-bżonnijiet taċ-ċittadini, b’mod partikolari tat-tfal u ż-żgħażagħ mill-gvernijiet, mill-edukaturi, mill-ġenituri, mill-industrija u mill-atturi relevanti l-oħra kollha. Insafe tipprovdi linji gwida għall-eTwinning għall-użu sigur tal-internet waqt xogħol fuq proġetti kollaborattivi.
|
 |
EUROCLIO - L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Edukaturi tal-Istorja - tqis l-Istorja bħala l-aktar suġġett tal-iskola importanti għall-iżvilupp politiku u ċiviku taż-żgħażagħ. Hija kanal strutturat għall-iżvilupp tal-għarfien storiku tas-soċjetajiet bil-għan li tikkontribwixxi għall-avvanz fis-soċjetà b’mod kostruttiv. Euroclio taħdem mal-eTwinning biex tippromwovi s-suġġett tal-Istorja fix-xogħol ta’ proġetti tal-eTwinning permezz tal-appoġġ ta’ kitts ta’ proġetti speċifiċi u ta’ Attivitajiet ta’ Tagħlim.
|
 |
Il-websajt tal-lingwi tal-Kummissjoni Ewropea tagħti informazzjoni dwar l-evoluzzjonijiet fil-politika tal-lingwi Ewropej u opportunitajiet ta’ ffinanzjar. Hija tippreżenta wkoll għadd ta’ inizjattivi relatati mal-lingwi u avvenimenti appoġġjati mill-UE. Fis-sena 2010/2011 twettqu serje ta’ attivitajiet biex jenfasizzaw opportunitajiet fil-lingwi fi ħdan l-eTwinning u f’azzjonijiet Ewropej f’dan il-qasam.
|
 |
- Editur tal-Web: Kapilar Gamze
- Ippubblikat: 08.07.2011
- Mibdul l-aħħar: 24.11.2011
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|