Mistoqsijiet Komuni tat-TwinSpace
Il-“Mistoqsijiet Komuni” li ġejjin (FAQ) inġabru biex jgħinu lill-eTwinners
biex jibdew fit-TwinSpace il-ġdid. |
M: X’inhu t-TwinSpace?
T: Huwa spazju kollaborattivi li jiġi maħluq awtomatikament għall-proġetti kollha tal-eTwinning. Mill-1 ta’ Settembru 2009, il-proġetti għandhom TwinSpace ġdid. Dawn l-FAQ jirreferu għal din il-verżjoni l-ġdida tat-TwinSpace. Għat-TwinSpace il-qadim, jekk jogħġbok irreferi għall-linji gwida hawnhekk: http://www.etwinning.net/en/pub/help/guidelines.htm
M: X’inhi paġna ta’ Attività?
T: Fis-sessjoni tal-attivitajiet (ikklikkja fuq 'attivitajiet' fl-istrixxa ta’ fuq tan-navigazzjoni) tista’ toħloq paġni ta’ attivitajiet kemm tixtieq. F’kull waħda minnhom, jista’ jkollok numru ta’ applikazzjonijiet li jagħmlu din il-paġna tajba għax-xogħol li tixtieq tagħmel.
M: Kif nista’ noħloq paġna ġdida ta’Attività?
T: Dan tista’ tagħmlu biss jekk tkun amministratur, jiġifieri,għalliem jew student amministratur. Biex tikkonfigura paġna ġdida, ikklikkja fuq 'Attivitajiet' fl-istrixxa tan-navigazzjoni ta’ fuq imbagħad fuq 'Immaniġġja l-paġni'. Ittajpja isem il-paġna imbagħad ikklikkja fuq 'żid'.
M:Kif inżid applikazzjoni f’paġna ta’ Attività?
T: Mur fuq il-paġna tal-Attività u, fid-dock tal-liferay (il-lista li tinżel, li għandek fin-naħa ta’ fuq nett tal-paġna), ikklikkja fuq 'żid applikazzjoni'. Imbagħad agħżel applikazzjoni (forum, arkivji ta’ fajls, eċċ.) mil-lista li tidher fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna u kklikkja fuq waħda minnhom (jew iddreggja u qiegħed). L-ordni tal-applikazzjonijiet fuq il-paġna tista’ tinbidel meta trid.
M: Kif nista’ nbiddel il-lingwa tad-dehra tat-TwinSpace tiegħi?
T: Mur fuq "Il-kont tiegħi" fil-buttuna 'Merħba' (ir-rokna leminija fuq nett). Fil-menù li jinżel, ikklikkja fuq 'Uri s-settings', ibdel il-lingwa u kklikkja ‘ssejvja’.
M: X’inhuma d-differenzi bejn student amministratur u student membru?
T: L-istudent amministratur jista’ jżid applikazzjoni fil-paġni tal-Attività jew ir-rokna tal-istudenti. Jista' wkoll jamministra l-kummenti fil-blogs u d-dħul fl-arkivji tal-fajls u l-forum.
M: Huwa possibbli teskludi xi studenti minn xi attivitajiet, jiġifieri, iċ-ċett? Jekk iva, kif taħdem?
T: Dan mhux possibbli.
M: L-għalliema jistgħu jikkontrollaw/jissorveljaw x’jgħidu t-tfal lil xulxin fis-sezzjoni tal-istudenti?
T: Iva, l-għalliema amministraturi jistgħu jikkontrollaw dan fi kwalunkwe ħin iżda ma jkunux avżati awtomatikament. L-informazzjoni fis-sezzjoni tal-istudenti qatt ma tkun disponibbli lill-pubbliku ġenerali.
M: Kif nista’ nżid 'kontenut tal-web' fuq paġna tat-TwinSpace?
T: Kontenut tal-web jista’ biss jiżdied fil-paġna tal-Attivitajiet, l-Istaff Room jew ir-rokna tal-Istudenti. Biex isir dan jeħtieġ tkun għalliem jew student amministratur tat-TwinSpace. Mur fuq il-menù li jinżel tal-'Merħba' fuq nett tal-paġna, ikklikkja 'Żid applikazzjoni', iddreggja displej tal-kontenut tal-web fil-paġna, ikklikkja fuq l-ikona tas-sinjal tal-għadd u żid il-kontenut tiegħek.
M: Kif nistieden lil membri oħra fit-TwinSpace?
T: Jekk inti amministratur, mur fuq il-paġna ewlenija tat-TwinSpace u kklikkja fuq 'Stieden studenti' u 'Stieden għalliema u mistednin'. Din twasslek fuq paġna fejn inti tista’ tagħti l-indirizz elettroniku tal-għalliem, jew l-isem u l-kunjom tal-istudenti li tixtieq tistieden.
M: Kif nistieden lill-għalliema fit-TwinSpace?
T: Wara li tkun issottomettejt l-indirizz elettroniku tal-għalliem/a, is-sistema tinduna jekk dan l-indirizz elettroniku jikkorrispondix ma’ membri li diġà hemm fl-eTwinning. Jekk dan ikun il-każ, is-sistema tissuġġerixxi login u l-possibbiltà biex tagħżel 'rwol' ('mistieden', 'għalliem membru' jew 'għalliem amministratur'). Ikkonferma l-għażla tiegħek billi tikklikkja fuq 'issottometti' u ċċekkja fil-paġna tal-feedback biex tara jekk l-istedina kinitx suċċess. Jekk jogħġbok innota li 'mistieden' jista’ biss jara l-paġni. IMPORTANTI: Jekk tixtieq tistieden għalliem fil-proġett tiegħek (imbagħad awtomatikament fit-TwinSpace tiegħu), stieden lil din/dan l-għalliem/a mid-Desktop (f’MyProjects --> 'Immaniġġja l-Membri') għax b’dan il-mod ma jkunux biss membri tat-TwinSpace, iżda sħab uffiċjali tal-proġett. Barra minn hekk, ikunu jistgħu jaċċessaw it-TwinSpace direttament mid-Desktop tagħhom.
M: : Kif nistieden lill-istudenti fit-TwinSpace?
T: Wara li tkun issottomettejt l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-istudenti (jekk jogħġbok evita karattri speċjali), is-sistema tipproponi login u password għal kull student li tkun stedint. Għamel nota tagħhom biex tkun tista’ tgħidilhom kif jilloggjaw. Imbagħad ikklikkja fuq issottometti u ċċekkja fil-paġna tal-feedback biex tara jekk l-istedina kinitx suċċess.
M: Minn fejn tistieden lill-persuni biex jilloggjaw fuq it-TwinSpace?
T: L-istudenti u l-mistiedna jistgħu jilloggjaw biss mil-URL: http://new-twinspace.etwinning.net. L-għalliema jistgħu jillogjaw mill-istess URL. Jekk kienu mistiedna bħala parti mill-proġett permezz tad-Desktop, li hija rrikkmandata, jistgħu jaċċessaw it-TwinSpace direttament mid-Desktop (MyProjects --> mur fit-TwinSpace).
Pubblikazzjoni ta' paġni u entrati
M: Kif nippubblika l-paġni?
T: L-amministraturi jistgħu jagħmlu l-paġni tas-sezzjoni tal-Attivitajiet disponibbli pubblikament (dan ifisser li wieħed m’għandux għalfejn ikun illoggjat biex jarahom). Biex jippubblikaw il-paġni, l-amministraturi jeħtieġ jikklikkjaw fuq 'immaniġġja l-paġni' fil-paġna tad-dħul tas-sezzjoni tal-attivitajiet (sempleċiment ikklikkja fuq 'attivitajiet' fuq l-istrixxa ta’ fuq), ikklikkja fuq 'immaniġġja l-paġni' u kklikkja fuq 'ippubblika' għal kull paġna li tixtieq li tidher fuq l-internet.
M: Nista’ ntella’ kull tip ta’ fajl f’arkivju tal-fajls?
T: Bħalissa s-sistema tippermettilek ittella’ t-tipi ta’ fajls li ġejjin sa 20MB: .mp3,.dmg,.bmp,.css,.doc,.dot,.gif,.gz,.htm,.html,.jpg,.js,.lar,.
odb,.odf,.odg,.odp,.ods,.odt,.pdf,.png,.ppt,.rtf,.swf,.sxc,.sxi,.sxw,.tar,.tiff,
.tgz,.txt,.vsd,.xls,.xml,.zip,mov, avi, wmv, mpeg
Użu tal-arkivju tal-fajls
Stedina lil membri oħra
Mistoqsijiet ġenerali
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 28.10.2009
- Mibdul l-aħħar: 04.08.2011
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|