Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Għaliex għandi nirreġistra?

picture

Il-Portal ta’ l-eTwinning huwa magħmul minn żewġ taqsimiet ewlenin: Taqsima pubblika u oħra magħluqa.

  • It-taqsima pubblika tagħtik informazzjoni dwar l-eTwinning, ideat u eżempji ta’ proġetti, aħbarijiet, mudelli, linji gwida u ħafna aktar.
  • It-taqsima magħluqa, jew id-Desktop ta’ l-eTwinning fiha l-għodod li jkollok bżonn biex issib partners, tirreġistra proġetti u taqsam messaġġi u informazzjoni. Għal ħarsa aktar sħiħa lejn dak li joffri d-Desktop ta’ l-eTwinning, ara il-Linji Gwida.

La darba tkun irreġistrajt, tista’ tidħol fid-Desktop ta’ l-eTwinning u tkun tifforma parti mid-database ta’ l-iskejjel ta’ l-eTwinning u b’hekk skejjel oħra jkunu jistgħu jikkuntattjawk u int tkun tista’ tikkuntattja skejjel oħra. Id-Desktop ta’ l-eTwinning huwa wkoll il-post fejn inti tirreġistra l-proġett(i) tiegħek u tuża t-TwinSpace (l-ispazju kollaborattiv dedikat għall-eTwinners).

Kull meta skola tirreġistra, id-dettalji tagħha jkunu ċċekkjati mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ biex jiżguraw li skejjel veri biss ikunu rreġistrati u li ma jkunx hemm abbuż mill-informazzjoni li tagħtu meta tirreġistraw. Fi kliem ieħor, l-ambjent ta' l-eTwinning huwa wieħed sigur.

L-avventura ta’ l-eTwinning tiegħek tibda’ meta tirreġistra. Wara r-reġistrazzjoni huwa f’idejk li tiddeċiedi kif tisfrutta l-potenzjal kollu li joffrilek l-eTwinning.

Nixtiqulek l-isbaħ xewqat!

Box Top
  • Editur tal-Web: Scimeca Santi
  • Ippubblikat: 28.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 21.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Nibdew

Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom