Kif tibda taħdem fl-eTwinning…
Jekk inti involut/a fi skola fl-Ewropa, li tibda taħdem fl-eTwinning huwa faċli ħafna, hemm erba’ passi li għandek issegwi!
L-Ewwel Pass: Ħares lejn x’hemm lest
Dur dawra fil-Portal biex titgħallem dwar il-proġetti u l-attivitajiet oħra tal-eTwinning. Sib l-
ispirazzjoni u oħloq l-ideat tiegħek stess.
It-Tieni Pass: Irreġistra għall-eTwinning (għalfejn tirreġistra?)
Issa li taf li l-eTwinning huwa għalik, agħti d-dettalji dwarek u dwar l-iskola tiegħek u oħloq il-profil ta’ l-eTwinning tiegħek. Kun ċert/a li timla l-formola sewwa: din l-informazzjoni tidher fil-profil tiegħek. Ladarba tirreġistra, ikollok il-username u l-passwerd tiegħek li jippermettulek tidħol fid-Desktop tal-eTwinning u titgħallem dwar l-oħrajn.
It-Tielet Pass: Żviluppa l-esperjenza tal-eTwinning tiegħek
Ladarba tirreġistra, tista’ tilloggja fid-Desktop biex tagħmel kuntatt ma’ eTwinniers oħra, tiskambja ideat, tigħallmu flimkien u tippjana attivitajiet kollaborattivi għall-ġejjieni. Id-Desktop huwa t-tieqa personali tiegħek fuq il-pjattaforma, għalhekk kun żgur/a li żżommu aġġornat biex tkun tista’ taqsam dak li tagħmel ma’ eTwinners oħra.
Jekk tixtieq tibda proġett, ibda fittex imsieħeb prospettiv bill-kriterji li ġejjin:
- li jkollokom l-istess għanijiet u li taqblu fuq suġġett għall-proġett kollaborattiv;
- li tikkomunikaw regolarment u b’mod miftuħ;
- li jkollkom studenti ta’ età, numru u livell ta’ lingwa li jixxiebħu;
- li jkollkom aċċess għat-tagħmir tal-ICT li jippermetti l-kollaborazzjoni effettiva fl-iskola.
Ir-Raba’ Pass: Ibda aħdem mal-imsieħba tiegħek
Jekk inti lest għal Proġett tal-eTwinning, ladarba tkun sibt imsieħeb u ddeċidejtu tibdew proġett flimkien, tista’ tirreġistrah fuq il-Portal. Meta tagħmel dan ikollok aċċess għall-għodod kollaborattivi tat-TwinSpace kif ukoll tiġi mogħti l-Label tal-eTwinning, li tista’ tistampa u turi fl-iskola. Biex iżżomm il-bqija tad-dinja aġġornat dwar il-progress tal-proġett, tista’ tippubblika l-entrati fid-Djarju tal-Proġett tiegħek.
Importanti: netiquette!
L-eTwinning hija komunità ta’ nies. Għalhekk, hemm xi regoli li għandek tikkonforma magħhom biex iżżomm l-eTwinning kredibbli u sigur. Ara din il-
preżentazzjoni.
Awguri għall-eTwinning!