Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Labels ta' Kwalità

Labels ta' Kwalità jingħataw lill-għalliema li jkollhom proġetti ta' l-eTwinning eċċellenti. Il-Labels juru li l-proġett ikun laħaq standards għoljin kemm nazzjonalment kif ukoll fuq il-livell Ewropew. Għal din ir-raġuni, hemm żewġ labels: Il-Label Nazzjonali ta' Kwalità u l-Label Ewropea ta' Kwalità.

 

LABEL NAZZJONALI TA' KWALITÀ – Appplika għaliha llum!

 

 

Jekk taħseb li l-proġett ta' l-eTwinning tiegħek jistħoqqlu marka speċjali ta' suċċess, tista' tapplika għal-Label Nazzjonali ta' l-eTwinning bill tmur fit-taqsima tal-Labels tad-Desktop ta' l-eTwinning. Jekk għandek aktar minn proġett wieġed li taħseb li jistħoqqlu l-Label, kull m'għandek tagħmel huwa li timla applikazzjoni għal kull wieħed minnhom.

 

 

 

X'inhuma l-benefiċċji? Il-Label ta' Kwalità hija sinjal t'għarfien lill-għalliema u lill-iskejjel tal-livell għoli miksub fl-attivitajiet ta' l-eTwinning tagħhom. Għall-istudenti, dan iservi ta' mbuttatura għall-isforzi tagħhom filwaqt li għall-iskola in ġenerali, din isservi ta' konferma pubblika għall-impenn għall-kwalità fix-xogħol kollaborattiv Ewropew.

 

Min jagħti Label Nazzjonali ta' Kwalità? Hemm żmenijiet partikolari meta tapplika? Is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) f'kull pajjiż jevalwa l-applikazzjonijiet għal-Label Nazzjonali ta' l-eTwinning li jirċievi mill-iskejjel f'pajjiżu. Il-Labels jingħataw matul is-sena kollha, madankollu, f'xi pajjiżi, ikun hemm dati ta' l-għeluq allura jkun tajjeb jekk inti tikkuntattja l-NSS tiegħek għal aktar informazzjoni dwar dan. La darba l-applikazzjoni tkun milqugħa jew irrifjutata, l-NSS jikkuntattjak.

 

Liema huma l-kriterji? Proġett ikun irid jikseb livell għoli f'dawn l-oqsma: (1) l-Innovazzjoni u l-Kreattività Pedagoġika, (2) l-Integrazzjoni tal-Kurrikuli, (3) il-Kollaborazzjoni bejn Skejjel Imsieħba, (4) l-użu Kreattiv tal-ICT, (5) is-Sostenibbiltà u t-Trasferiment, u (6) r-Riżultati u l-Benefiċċji.

 

 

LABEL EWROPEA TA' KWALITÀ – M'hemmx bżonn tapplika!

 

Il-Label Ewropea ta' Kwalità hija t-tieni sinjal ta' suċċess u hija mogħtija awtomatikament mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ lil dawk l-iskejjel fi proġetti li fihom mill-anqas żewġ imsieħba jkunu rċevew il-Label Nazzjonali ta' Kwalità. Minn Ottubru 2009, il-Label Ewropea ta’ Kwalità tingħata biss darba fis-sena u tinsab fil-Portal tal-eTwinning.

 

Irid ikollok Label Ewropea ta’ Kwalità biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet tal-eTwinning Ewropea.

 

 

Skejjel Rebbieħa - Ottubru 2010

Skejjel Rebbieħa - Ottubru 2009

Skejjel Rebbieħa - Mar 2009
Skejjel Rebbieħa - Lulju 2008
Skejjel Rebbieħa – Jannnar 2008
Skejjel Rebbieħa - Ġunju 2007
Skejjel Rebbieħa - Diċembru 2006

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 29.08.2008
  • Mibdul l-aħħar: 09.11.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Premjijiet

Bullet listPremjijiet tal-eTwinning 2010
Selected itemLabels ta' Kwalità
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom